|
|
|
FEATURES
|
![]() |
|
It-tbexbix tal-potenzjal
|
minn Daniela Attard Bezzina
|
|
Niehu gost nisma? b?inizjattivi mahsubin biex il-potenzjal tat-tfal jigi zviluppat fil-massimu tieghu. Wahda minn dawn l-inizjattivi kienet il-ftuh tac-Centru Tbexbix f?Bormla, fejn tfal minn Bormla u mill-bqija tal-Kottonera jitghallmu u jiehdu gost fl-istess hin. Kellmuni dwar dan ic-centru Catherine Azzopardi u Didi Rasamayii.
Catherine u Didi spjegawli li seba? snin ilu, xi nies li huma membri tal-grupp tal-yoga Ananda Marga hassew il-htiega li jniedu progett ta? ghajnuna fil-komunita? hawn Malta, wara li kienu diga? involuti fi progetti f?pajjizi barranin. Ix-xewqa taghhom kienet li jibdew jahdmu fuq progett ta? skola fejn it-taghlim ikun imsejjes fuq il-principju tan-neo-umanizmu.
|

Din hija filosofija socjali fejn il-bniedem jestendi l-imhabba u r-rispett tieghu lejn dawk ta? madwaru u l-bqija tal-holqien, inkluzi l-pjanti u l-annimali. In-neo-umanizmu jirrikonoxxi li l-edukazzjoni tal-bniedem tiddependi mill-izvilupp tieghu f?kull livell, jigifieri l-livell fiziku, mentali, emozzjonali, socjali u spiritwali. Dawk li hargu bl-idea tal-progett ma kellhomx wisq flus biex jibdew jattwawh. Izda x-xorti dahkitilhom meta sabu dar kbira f?Bormla bi prezz baxx hafna. Id-dar kienet fi stat ta? abbandun totali izda b?hafna xoghol volontarju setghet tinbidel fl-iskola li xtaqu. Fil-fatt kellhom jghaddu sitt snin ta? gbir ta? fondi u hidma ma taqta? xejn biex id-dar setghet tibda tintuza. B?kollox kien hemm bzonn jingabru madwar Lm20,000 izda bil-mod il-mod is-somma ngabret u l-aktar xoghol necessarju tlesta. F?Jannar tal-2006 il-post seta? jibda jintuza. Issemma ?Centru Tbexbix? ghax tlugh ix-xemx huwa simbolu ta? progress u zvilupp u ghax f?din l-iskola jrid jitqajjem mir-raqda l-potenzjal ta? kull tifel u tifla. L-iskola tilqa? fiha tfal minn Bormla li ghandhom bejn hames snin u 13-il sena. Dawn ma huma obbligati jhallsu xejn izda l-genituri taghhom jekk iridu jistghu jaghmlu donazzjoni b?rizq l-iskola. Centru Tbexbix huwa deskritt fil-materjal pubblicitarju tieghu bhala ?centru ta? taghlim b?differenza, fejn nippruvaw inqanqlu l-imhabba ghat-taghlim u l-ghatx ghat-taghrif li jibqghu ghal dejjem.? Catherine u Didi spjegawli li d-differenza bejn dan ic-centru u skejjel ohra hija li fih it-taghlim jinghata f?ambjent rilassat u permezz ta? attivitajiet bhal drama, kant u loghob. Dan it-taghlim mhux ristrett bis-sillabu bhal fil-kaz ta? skejjel ohra. Barra minn hekk f?dan ic-centru tinghata hafna attenzjoni individwali lit-tfal ghax ikun hemm ghalliem ma? kull hamest itfal.
|
Centru Tbexbix huwa mmexxi mill-volontieri. S?issa s-servizzi li joffri huma t-taghlim ta? l-Ingliz fix-xhur meta tkun ghaddejja s-sena skolastika u klabb ghal matul ix-xhur tas-sajf. Minn hawn ftit iehor se jibdew jinghataw ukoll lezzjonijiet tal-kompjuter, grazzi ghal erba? kompjuters moghtija mill-Ambaxxata Amerikana f?Malta.
It-taghlim ta? l-Ingliz jinghata fis-Sunrise English Club. F?dan il-klabb it-tfal iridu jitkellmu bl-Ingliz il-hin kollu, anke jekk jiehdu l-izbalji huma u jitkellmu. It-tfal jigu inkoragguti biex ikomplu jitkellmu bl-Ingliz avolja jaghmlu l-izbalji. Kif qaltli Didi, ?Kieku meta t-trabi jitilqu jimxu ma nkomplux inhegguhom biex jimxu ghax jaqghu hafna drabi, jibqghu ma jitghallmux. Imma l-ebda genitur ma jaqta? qalbu minkejja li t-tfal jaqghu. Bl-istess mod ahna nheggu lit-tfal biex jibqghu jippruvaw jitkellmu bl-Ingliz.?
Min-naha l-ohra fis-Summer Club, li jsir tliet darbiet fil-gimgha, it-tfal jiehdu sehem f?diversi attivitajiet kreattivi bhal tisjir, drama u crafts. Jaghmlu wkoll il-yoga u jmorru ghal hargiet f?postijiet ta? interess kulturali u fejn ikunu qrib tan-natura.
Hemm il-hsieb li ?l quddiem Centru Tbexbix jestendi s-servizzi tieghu biex jibda joffri wkoll lezzjonijiet ta? l-Ingliz u tal-kompjuter ghall-adulti u anke lezzjonijiet dwar is-sahha u n-nutrizzjoni. Izda biex dan ikun jista? jsir jinhtiegu hafna flus u rizorsi. Bizzejjed nghidu li x-xoghol ta? ristrutturazzjoni fil-post ghadu ma tlestiex kollu u fost affarijiet ohra hemm bzonn li jsir tibjid u xoghol fuq il-bejt.
Kif spjegatli Catherine, ?Lit-tfal nipprovdulhom kollox ahna. Huma ma jgibu xejn maghhom. Minbarra l-materjal li juzaw huma biex jitghallmu u jiehdu pjacir, ghandna bzonn flus biex inhallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telefon kif ukoll biex naghmlu t-tiswijiet mehtiega fic-centru. Ghandna bzonn ukoll hafna xkaffi, twapet tal-gomma ghall-ezercizzji tat-tfal, imwejjed u ghamara ohra, photocopier, printer, whiteboards, software edukattiv, loghob edukattiv u jigsaw puzzles. Naturalment ninhtiegu wkoll aktar volontieri biex jaghtu s-servizzi taghhom f?Centru Tbexbix. Biex jingabru l-flus ghac-centru, kull sena jigu organizzati diversi attivitajiet ta? gbir ta? fondi, fosthom ikliet.?
|

Centru Tbexbix jaghti l-opportunita? lit-tfal biex jissodisfaw il-kurzita? naturali taghhom u biex jiskopru aktar dwarhom infushom u d-dinja ta? madwarhom. Ic-centru jghinhom jesploraw il-potenzjal taghhom biex huma jhossu li ghandhom xi haga specjali x?jaghtu lid-dinja. Fil-hajja qasira tieghu sa issa, Centru Tbexbix kien success kbir. ?Ahna ma nkejlux is-success bil-marki f?suggetti akkademici. Is-sodisfazzjon taghna nehduh meta naraw lit-tfal ferhanin fic-centru, tant li bilkemm ikunu jixtiequ jmorru lura d-dar,? temmew jghidu Catherine u Didi. Centru Tbexbix jisthoqqlu tassew li jigi mghejun b?kull mod possibli. Jekk inti tista? tghin ? kemm b?ghotja ta? flus jew oggetti kif ukoll bhala volontier ? tista? ccempel fuq 21805130 jew tibghat e-mail lil tbexbix@gmail.com. Il-website tac-centru hija www.tbexbix. org. L-ghotjiet ta? flus jistghu jsiru direttament fil-kont ta? l-HSBC bin-numru 013-085675-001.
|
|
|
|
Xemxi
|
|
Viÿibilita`:
Tajba
|
Temperatura: L-oghla: 35°C L-inqas: 22°C
|
Indiçi UV:
11
|
Riœ:
Hafif l-aktar mill-Punent ghall-Majjistral
|
Baœar:
Hafif
|
Temperatura tal-baœar:
25°C
|
|
Gœall-aææornament tat-temp agœfas hawn.
|
|
|